Liema huma l-għamliet prinċipali ta’ testmenti f’Malta ?
* it-testment awtentiku (jew « pubbliku »), imfassal min-nutar.
* it-testment issiġillat, li jitqiegħed f’envelop issiġillat. Dan jeħtieġ il-preżenza ta’ żewġ xhieda.
Jeżisti reġistru tat-testmenti f’Malta ?
Iva, jeżisti reġistru tat-testmenti awtentiċi, amministrat mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Dan ir-reġistru mhux disponibbli f’għamla elettronika. Dan jikkonsisti f’reġistru pubbliku li fih informazzjoni fuq l-atti legali kollha li jittrasferixxu drittijiet dwar xi aspett (drittijiet reali).Fl-istess ħin, it-testmenti ssiġillati jinkitbu fir-reġistri li jinżammu mill-qorti lokali.
Għaliex għandu jiġi rreġistrat it-testment ?
Huwa obbligatorju li t-testmenti awtentiċi jiġu rreġistrati fir-reġistru pubbliku. Min-naħa l-oħra, mhux obbligatorju li wieħed jirreġistra t-testment issiġillat tiegħu fil-qorti.Madankollu, testment li ma jinstabx huwa ekwivalenti għal testment li ma jeżistix. Għaldaqstant jingħata l-parir li ssir ir-reġistrazzjoni tat-testment issiġillat fil-qorti. It-testatur b’hekk ikun ċert li l-aħħar xewqat tiegħu jinstabu u b’hekk jiġu rispettati wara mewtu.
Minn min tista’ sseħħ ir-reġistrazzjoni ?
In-nutar iwettaq ir-reġistrazzjoni tat-testmenti awtentiċi fir-reġistru pubbliku. It-testatur jieħu r-responsabbiltà li jirreġistra t-testment issiġillat tiegħu fil-qorti.Fir-reġistru pubbliku ma jkunx hemm miktub il-kontenut tat-testment iżda informazzjoni li tippermetti li dan jinstab. Fl-istess ħin, it-testment jitressaq il-qorti f’envelopp magħluq, biex id-dispożizzjonijiet li saru mit-testatur jinżammu sigrieti.
Minn min jinżamm it-testment ?
In-nutar huwa responsabbli miż-żamma tat-testmenti awtentiċi, imfassla minnu. Il-qorti żżomm it-testmenti ssiġillati li t-testatur iressaq f’envelopp magħluq.
Il-qraba tat-testatur jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru sakemm huwa ħaj ?
Ir-reġistru pubbliku jista’ jiġi kkonsultat b’mod ħieles u huwa possibbli, li f’każ ta’ riċerka dwar kuntratti li saru minn persuna, tinkixef l-eżistenza tat-testment. Il-liġi għandha tiġi emendata mill-aktar fis possibbli biex ma tippermettix ir-rivelazzjoni tal-eżistenza tat-testment. F’kull każ, il-kontenut tat-testment qatt ma jinkixef sakemm it-testatur ikun ħaj.
Kemm tiswa r-reġistrazzjoni ta’ testment ?
Ir-reġistrazzjoni ta’ testment fir-reġistru pubbliku tiswa 5€.
Min jista’ jikkonsulta r-reġistru tat-testmenti ?
Wara l-mewt tat-testatur, il-qraba tal-mejjet jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru huma stess jew permezz ta’ professjonist tal-liġi (nutar, imħallef, avukat) sabiex jinstab it-testment awtentiku. Din il-konsultazzjoni hija obbligatorja minħabba li tagħti garanzija li jiġu rispettati l-aħħar xewqat tat-testatur. Ir-riċerka ma tistax issir qabel 21 jum wara l-mewt.Biex jinstab testment issiġillat, għandha ssir talba lill-qorti mill-qraba tal-mejjet.
Il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-mewt huwa obbligatorju ?
Iva, il-qraba tal-mejjet iridu jipprovdu ċertifikat tal-mewt biex ikunu jistgħu jagħmlu r-riċerka f’reġistru pubbliku u fil-qorti.
Kemm tiswa riċerka ?
Riċerka fir-reġistru pubbliku tiswa 5€.
Co-funded
by the European Union