Reġistrazzjoni u riċerka ta’ testment
Liema huma l-għamliet prinċipali ta’ testmenti f’Malta ?
* it- testment awtentiku (jew « pubbliku »), imfassal min-nutar fil-presenza ta’ zewg xhieda u registrat fir-Registru Pubbliku.
* it- testment issiġillat (jew “sigriet”), li jitqiegħed f’envelop issiġillat u ikkonsenjat lil Nutar fil-presenza ta’ zewg xhieda u depositat il-Qorti ta’ Gurisdizzjoni Volontarja. Dan jista’ jigi depositat ukoll mit-Testatur innifsu.
Jeżisti reġistru tat-testmenti f’Malta ?
Iva, jeżisti reġistru tat-testmenti awtentiċi, amministrat mnn Identity Malta, l-agenzija taht il-Ministeru tal-Ġustizzja, li hija responsabbli mir-Registru tal-Artijiet u r-RegistruPubbliku. Dan jikkonsisti f’reġistru li fih informazzjoni fuq l-atti kollha li jittrasferixxu drittijiet fuq proprjeta’, testmenti u kawzi ta’ preferenza bejn kredituri (djun registrati – ipoteki, privileggi).
Fl-istessħin, it-testmenti ssiġillati jigu registrati fir-reġistri li jinżammu mill-qorti lokali.
Għaliex għandu jiġi rreġistrat it-testment ?
Huwa obbligatorju li t-testmenti awtentiċi jiġu rreġistrati fir-reġistru pubbliku.
Testment sigriet ghandu jigi depositat fil-Qorti ta’ Gurisdizzjoni Volontarja, jew mit-testatur innifsu, jew inkella minn Nutar Pubbliku li lilu jigi ikkonsenjat it-testment sigriet.
Testment li ma jinstabx huwa ekwivalenti għal testment li ma jeżistix.
Minn min tista’ sseħħir-reġistrazzjoni ?
In-nutar iwettaq ir-reġistrazzjoni tat-testmenti awtentiċi fir-reġistru pubbliku. It-testatur jieħu r-responsabbiltà li jirreġistra t-testment issiġillat tiegħu fil-qorti. It-testatur jista’wkoll jikkonsenja it-testment sigriet tieghu lil Nutar fil-presenza ta’ zewg xhieda biex jigi depositat fil-Qorti.
Fir-reġistru pubbliku ma jkunx hemm miktub il-kontenut tat-testment iżda informazzjoni li tippermetti li dan jinstab. Fl-istess ħin, it-testment jitressaq il-qorti f’envelopp magħluq, biex id-dispożizzjonijiet li saru mit-testatur jinżammu sigrieti. Tista’ ssir ricerka fir-registru tat-testmenti sigrieti biss jekk it-testatur ikun mejjet.
Minn min jinżamm it-testment ?
In-nutar huwa responsabbli miż-żamma tat-testmenti awtentiċi, imfassla minnu sakemm dawn jingabru fl-ahhar tas-sena biex issirilhom l-ispezzjoni mill-Ufficjali Revizuri tal-Qorti ghar-Revizjoni tal-Atti Nutarili. Wara l-ispezzjoni, it-testmenti originali jigu depositati l-Arkivju Nutarili.
Il-Qorti ta’ Gurisdizzjoni Volontarja żżomm it-testmenti ssiġillati li t-testatur iressaq f’envelopp magħluq.
Il-qraba tat-testatur jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru sakemm huwa ħaj ?
Ir-reġistru pubbliku jista’ jiġi kkonsultat b’mod ħieles u huwa possibbli, li f’każ ta’ riċerka dwar kuntratti li saru minn persuna, tinkixef l-eżistenza tat-testment. Il-kontenut tat-testment qatt ma jinkixef sakemm it-testatur ikun ħaj.
Kemm tiswa r-reġistrazzjoni ta’ testment ?
Ir-reġistrazzjoni ta’ testment fir-reġistru pubbliku tiswa €6.40.
Ir-reġistrazzjoni ta’ testment fil-Qorti ta’ Gurisdizzjoni VOlontarja tiswa €20.
Min jista’ jikkonsulta r-reġistru tat-testmenti ?
Kull persuna tista’ taghmel ricerka ghal testmenti fuq persuna ohra fir-Registru Pubbliku. Madankollu, il-kontenut tat-testment jibqa’ sigriet sal-mewt tat-testatur.
Wara l-mewt tat-testatur, il-qraba tal-mejjet jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru huma stess jew permezz ta’ professjonist tal-liġi (nutar, imħallef, avukat) sabiex jinstab it-testment awtentiku. Din il-konsultazzjoni hija obbligatorjaminħabba li tagħti garanzija li jiġu rispettati l-aħħar xewqat tat-testatur. Ir-riċerka ma tistax issir qabel 21 jum wara l-mewt.
Biex jinstab testment issiġillat, għandha ssir talba lir-registru tal-qorti fejn jigi presenta tic-certifikat tal-mewt tat-testatur.
Il-ħruġ ta’ċertifikat tal-mewt huwa obbligatorju ?
Iva, certifikat tal-mewt huwa obbilgatorju ghal ricerka ta’ testment sigriet u sabiex jinfetah testment pubbliku.
Kemm tiswa riċerka ?
Riċerka fir-reġistru pubbliku tiswa €5. Riċerka fir-reġistru tal-Qorti tiswa €15.
Co-financé
par l´Union européenne